“Donnu Meta Jiġri każ Hekk Ninfexxu Fih Ħalli Nserrħu L-Kuxjenza Tagħna”

 “Donnu Meta Jiġri każ Hekk Ninfexxu Fih Ħalli Nserrħu L-Kuxjenza Tagħna”

Hekk qaltilna omm saċerdot ieħor li m’għandux x’jaqsam ma’ din l-istorja dwar il-kappillan ta’ Marsaxlokk li tpoġġa fuq administrative leave wara li qed jaffaċċja akkużi marbuta ma’ misapproprjazzjoni ta’ fondi u ħasil ta’ flus.

L-omm tenniet li kulħadd huwa uman, u għalkemm jekk allegatament l-akkużi huma minnhom, hi qatt mhi ser tiġġustifikahom, m’hemmx għalfejn anqas inbiċċru persuna. “Dan jgħodd għal kulħadd. Seta’ kien min kien, qassis, pulizija, għalliem”, saħqet magħna.

“Imma donnu meta naraw każ hekk, ngħoxew u nieħdu l-okkażjoni biex ngħidu li mhux aħna biss niżbaljaw anke l-qassisin, allura tiehom”, kompliet tispjegalna fejn saħqet ukoll, li meta jiġri hekk, bħal donnu kull qassis sar ħażin fejn saħansitra tkun għaddejja fit-triq u tisma’ botti u kummenti għaddejjin.

“Basta aħna nsara. Imma aħna hekk hux, niftaħru li nħobbu l-knisja”, temmet tgħid l-omm.

Intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com