Ġest Sabiħ Mill-Komunita’ Indjana Li Tgħix Fil-Marsa

Il-komunita’ Indjana li tgħix fil-lokalita’ tal-Marsa xtaqu jgħatu xi ħaġa lura lejn il-komunita’ Marsija li jagħmlu parti minnha.
Il-Komunita’ Indjana għamlu ġest mill-isbaħ billi l-post ta’ quddiem iċ-Ċentru Ewkaristiku fil-Marsa tnaddaf sew u wara tħawwlu siġar indiġeni taż-żebbuġ, ċipress u arbuxelli tal-klin.
Il-Kunsill Lokali tal-Marsa, f’kitba fuq facebook, apprezza dan l-involviment volontarju għall-ġid tal-komunita’ kollha.