Il-Grupp ‘Pro Life Malta’ Jiltaqa’ Mal-President Ta’ Malta

Ilbieraħ, il-Grupp “Pro Life Malta” kellu laqgħa mal-Eċċellenza tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Vella, fuq suġġetti li jikkonċernaw il-Pro Life, Abort u materja relatati.
Fi stqarrija semmew li din kienet laqgħa twila li fiha tkellmu fil-profond u l-President qasam magħhom il-ħsieb tiegħu wkoll.
Huma spjegaw fid-dettall kif qed jopera l-Grupp, il-progress li għamlu u l-isfidi li qed jaffaċċjaw. “Kien unur u pjaċir nitkellmu mal-President. Assigurajnieh l-appoġġ kontinwu tal-Grupp”, qalet l-istqarrija.
Għal din il-laqgħa attendew il-membri Dr Herman Farrugia, John Spiteri Gingell , Dr Jean Karl Soler , Maria Gauci Borda u l-Admin Simon DeBono.
Jekk trid tidhol fil Grupp Pro Life Malta, kemm tibat e-mail bil-mobile u indirizz lil [email protected] jew ċempel 79801464 ”