Il-Kantant Dre Curmi Finalist F’Festival Fil-Polonja

 Il-Kantant Dre Curmi Finalist F’Festival Fil-Polonja

Bħalissa l-kantant Malti Dre Curmi qiegħed il-Polonja fejn qed jikkompeti f’Festival. Dan il-Festival Internazzjonali magħruf bħala ‘Rzeszow Carpathia Festival’ isir fis-sajf ta’ kull sena u din hija t-28 Edizzjoni tal-Festival kanzunetta internazzjonali.

Ilbieraħ filgħaxija Dre Curmi kien qiegħed jirrapreżenta lil Malta bil-kanzunetta oriġinali tiegħu RICOCHET u kien wieħed mit-tlettax-il finalist. Huwa interpreta l-kanzunetta tiegħu li kienet anke akkumpanjata live mal-Orkestra Filarmonika ta’ Podkarpacka. Ghal dan il-Festival kien hemm aktar minn 200 sottomissjonijiet minn diversi pajjizi.

Ghaldaqstant ilbieraħ tard filgħaxija, wara li nterpretaw il-kanzunetti kollha, tħabbar ir-riżultat fejn 8 kanzunetti kwalifikaw għall-finali tal-lejla fosthom il-kantant Dre Curmi bil-kanzunetta tiegħu RICOCHET. Għal dan il-Festival, Dre huwa akkumpanjat minn xi qraba tiegħu li vjaġġaw biex jagħtuh is-sapport kif ukoll mill-PR Manager tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com