Il-Maltin Jiġġudikaw? Anzi, Jieħdu Gost Jiġġudikaw?

Spiss nisimgħu biex ma niġġudikawx u ma nparlawx żejjed imma donnu qas nafu kif! Nieħdu għalina mbagħad meta nisimgħu frażijiet hekk. Imma tassew dak huwa l-karattru tagħna.
Nammettu jew le, dawn il-karatteristiċi jiġu enfasizzati minn kulħadd; nibdew minna nfusna meta nkunu qed nirrealizzaw u anke mill-barranin fuqna.
Ma jfissirx li aħna nies ħżiena jew għandna kollox iswed. Imma din li niġġudikaw mill-ewwel daqqa t’għajna hija fatt.
Intom taqblu? Ma Taqblux? Għidulna x’taħsbu!