Il-Partit Laburista Jsellem Il-Memorja Tal-Perit Dom Mintoff
![Il-Partit Laburista Jsellem Il-Memorja Tal-Perit Dom Mintoff](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/08/5-ta-Awwissu-e1659689816296-850x560.jpeg)
L-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista sellmet il-memorja tal-Perit Dom Mintoff, 106 sena mit-twelid tal-eks Prim Minsitru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista, permezz ta’ tqegħid tal-fjuri mal-monument tiegħu f’Bormla.
Mintoff, deskritt minn bosta bħala ġgant fil-politika Maltija jibqa’ magħruf għal numru ta’ proġetti soċjali li wettaq, l-investimenti li ġab u kisbiet kostituzzjonali importanti bħall-kisba ta’ ħelsien sħiħ mir-Renju Unit.