Illum Mistenni Jkun L-Iżjed Jum Sħun F’ Awwissu

 Illum Mistenni Jkun L-Iżjed Jum Sħun F’ Awwissu
Illum l-Erbgħa 17/8 mistenni l-aktar jum sħun t’Awwissu 2022, b’temperatura massima ta’ 3️⃣8️⃣°C. 🌡🔝
Iżda mhux biss – peress li r-riħ se jkun kważi assenti u l-arja pjuttost umda, l-indiċi tas-sħana (𝚑𝚎𝚊𝚝 𝚜𝚝𝚛𝚎𝚜𝚜 𝚒𝚗𝚍𝚎𝚡) jew kif tinħass it-temperatura – mistenni jispara għal 4️⃣5️⃣°C. 🥵
⚠️ Dan hu livell għoli ħafna ta’ sħana u għaldaqstant nappellaw li jiġi evitat xogħol ta’ strapazz waqt l-eqqel partijiet tal-jum speċjalment għall-vulnerabbli. 😨
Matul il-lejl nibqgħu mingħajr solljev hekk kif it-temperatura minima mhux mistennija li tinżel anqas minn 2️⃣8️⃣°C u bl-umdità għolja tibqa’ tinħass madwar 3️⃣2️⃣°C. 🌌
Is-sema se jkun #imdaħħan u #bajdani minħabba ramel fin tad-deżert li jkompli jsakkar is-sħana milli tiskappa lura fl-atmosfera. 🌫
🔀 Kambjament fid-direzzjoni tar-riħ iseħħ nhar il-Ġimgħa 19/8 fit-tieni parti tal-jum. Ir-riħ idur Majjistral u jkun aktar frisk iżda qawwi għal matul tmiem il-ġimgħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com