Ingliż Ta’ 17-Il Sena Waqa’ Madwar Sitt Sulari Minn Fuq Irdum

 Ingliż Ta’ 17-Il Sena Waqa’ Madwar Sitt Sulari Minn Fuq Irdum

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fl-inħawi tal-Bajja tar-Riviera, f’Għajn Tuffieħa.

Il-Pulizija marru fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari jidher li Ingliż ta’ 17-il sena waqa’ madwar sitt sulari minn fuq l-irdum.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati l-Ingliż ittella’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke li fetħet inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com