Jirritorna The Malta International Folk Festival Wara Nuqqas Ta’ Sentejn

 Jirritorna The Malta International Folk Festival Wara Nuqqas Ta’ Sentejn

Wara s-suċċess taż-żewġ edizzjonijiet ta’ dan il-Festival Internazzjonali li saru fl-2018 u fl 2019 rispettivament u wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, Leon Promotions Malta flimkien ma’ Euro Art Productions Italy, ser ikunu qed ittellgħu t-tielet edizzjoni tal-Malta International Folk Festival nhar il-Ġimgħa 23, is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Settembru.

Fil-Festival ser jieħdu sehem 12 -il grupp folkloristiu li ġejjin mill-Bulgarija, Italja Litwanja, Malta, Polonja, Serbja u Spanja.  Dawn ser ikunu l-parteċipanti kollha:

Dziaukis Folk Group mill-Litwanja
Marsovia Folk Group mill-Polonja
Corteo Storico Sbandieratori e Musici di Giove mill-Italja
Devet Osmi Folk Group mill-Bulgarija
Paul Curmi Dancers minn Malta
Nemunelis Folk Group mill-Litwanja
Patria Folk Group mill-Polonja
Gruppo Storico Marchesato della Cerda mill-Italja
Kud Dukat Folk Grupp – grupp folkloristiku mis-Serbja ibbażat f’Malta
La Faltriquera Folk Group minn Spanja
Ta’ Ciangura San Lawrenz Folk Group minn Għawdex – Malta
Vieversa Folk Group mill-Litwanja

Il-Festival ser isir f’dawn il-ġranet u ħinijiet: 

Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru mis-7 p.m ‘il quddiem fil-Pjazza ta’ Buġibba

Is-Sibt 24 ta’ Settembru mis-7 p.m ‘il quddiem fil-Pjazza taż-Żejtun bħala parti mill-Festival Folkloristiku Żejt iż-Żejtun

Il-Ħadd 25 ta’ Settembru filghodu mill-10 a.m ‘il quddiem fit-toroq tal-Belt Valletta

L-ispettakli kollha folkloristiċi huma bla ħlas għall-pubbliku u ser ikun hemm ukoll diversi siġġijiet għal dawk li ser jattendu.

Il-Malta International Folk Festival 2022 qed isir bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta u ż-Żejtun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com