Peter Agius Isaqsi Lil Aaron Farrugia U Miriam Dalli … “Għadkom Konvinti Li Kellkom Tivvutaw Favurieha Fi Brussell?”
Il-Kandidat għall-Parlament Ewropew Peter Agius staqsta lill-Ministri Aaron Farrugia u Miriam Dalli fuq il-mida soċjali tiegħu:
“Meta jiena ħriġt ngħid (fit-2 ta’ Ġunju) li l-liġi ġdida Ewropea tat-Trasport bl-Ajru kienet kontra l-interess nazzjonali dħaqtu bija u mortu tivvutaw favuriha fi Brussell. Issa li ħarġu kontriha Tony Zahra (MHRA) u l-Airmalta għadkom konvinti li kellkom tivvutaw favuriha fi Brussell??”
Staqsa wkoll mistoqsija oħra li qal li n-nies qed jistaqsu: “Dan kollu kif qatt ma jiġi rappurtat mill-pbs? Jew dak jista jirrapporta biss il-propoganda tal-gvern?”