Raġel Iweġġa’ Gravi F’Inċident tat-Traffiku
Raġel ta’ 26 sena residenti n-Naxxar, għal xi s-sebgħa ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn vann Citroen Nemo misjuq minn Libjan ta’ 47 sena residenti Tas-Sliema, u mutur Benelli misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.