Raġel Iweġġa’ Serjament F’Raħal Ġdid

 Raġel Iweġġa’ Serjament F’Raħal Ġdid

Illum, għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fiż-żona magħrufa bħala Ras Ħanżir, fl-inħawi tal-Qasam Industrijali ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li, raġel li għandu 65 sena u residenti Ħ’Attard, waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com