Bormla L-Ewwel Lokalità Li Introduċiet L-i’School Grannies’

Il-viċi Sindku ta’ Bormla Noyah Spiteri Hammett sellmet lill-istudenti Bormliżi li llum ser jibdew is-sena skolastika ġdida tagħhom.
Spjegat kif Bormla hija l-ewwel lokalità li introduċiet il-proġett bit-tema ‘School Grannies’ fl-2021 li kienet inizjattiva mibdija mis-Sindku preċedenti Alison Zerafa Civelli li llum hija s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali.
“Dan il-proġett huwa mmirat sabiex jipromwovi anzjanità aktar attiva fil-lokal, kif ukoll jinħoloq mezz ta’ interġenerazzjoni bejn it-tfal u l-anzjani. Infakkar li, flimkien mal-ġenituri, in-nanniet huma pilastru ewlieni u ta’ eżempju kbir għaż-żgħażagħ t’għada”, spjegat Noyah.
Kompliet tgħid: “L-edukazzjoni m’hawnx prezza ħbieb! Awguri mill-qalb lill-ġenerazzjoni tal-futur tagħna.” Insellmu lill-istudenti kollha.