Diversi Rebbieħa F’Konkors Tas-Sbuħija Li Ttella’ Nhar Is-Sibt Li Għadda

 Diversi Rebbieħa F’Konkors Tas-Sbuħija Li Ttella’ Nhar Is-Sibt Li Għadda

Is-Sibt filgħaxija fi Pjazza Teatru Rjal il-Belt Valletta saret edizzjoni oħra ta’ Konkors ta’ moda u sbuħija mtella’ minn Ivan Gaffiero. F’teatru mimli udjenza, fuq il-palk ta’ teatru l-udjenza rat 60 kontestanti fejn ikompetu għat-titlu ta’ Mrs Malta 2022, Mr Malta 2022 u Miss Top Model of the Mediterranean.

Mary spiteri kienet il-Mistiedna speċjali ta’ dan il-konkors bil-vuċi sabiħa tagħha flimkien mal-kantant żgħażugħ Sebastian Calleja u ż-żeffiena ta Alana Bondin.

Christine Camilleri ta’ 30 sena mara miżżewġa u omm ta’ tifel mill-Mosta rebħet it-titlu ta’ Mrs Malta 2022 filwaqt li runner’s up ġew Mrs Santa Venera Therese Zammit u Mrs Gzira Hannelie Van Wyk.

Mr Malta għal din is-sena huwa Terence Abela – Mr Fgura, ġuvni ta 27 sena. Runner’s up ġew Mr M’Scala Sven Pavia u Mr Qawra Wayne Buhagiar.

Fil-katagoriji tat tfaljiet għal dawk li huma Miss Teen Top Model, ir-rebbieħa hija tfajla ta’ 13 il-sena Ilaya Cauchi mill-Birgu flimkien ma’ Nicole Buhagiar mill Furjana u Mariah Muscat mill-Imgarr .

Għal dawk li huma tfajliet akbar, ir-rebbieħa ta’ Miss top Model of the Mediterranean hija Rachell Portelli min-Nadur Għawdex flimkien ma’ Shania Mallia minn San Gwann u Roxanne Debono mix-Xemxija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com