Guido de Marco Kien Ippreżenta Ittra Biex Terġa’ Tinfetaħ L-Applikazzjoni Maltija Għal Sħubija FL-UE

Fl-14 ta’ Settembru tal-1998, fi Vjenna l-Awstrija, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin; il-Professur Guido de Marco kien iltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Awstrijak Wolfgang Schuessel.
Matul din il-laqgħa, il-Ministru de Marco kien ippreżenta ittra lill-Kummissjoni Ewropea biex terġa’ tinfetaħ l-applikazzjoni Maltija għal sħubija fl-Unjoni Ewropea li kienet iffriżata mill-Gvern ta’ qabel.