Il-Kunsill Lokali Ta’ San Ġwann Bi Ftehim Biex Ir-Residenti Jgawdu Minn Servizzi Tal-Kompjuter B’Xejn

 Il-Kunsill Lokali Ta’ San Ġwann Bi Ftehim Biex Ir-Residenti Jgawdu Minn Servizzi Tal-Kompjuter B’Xejn

Is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech ħabbar li reġa’ ġie ffirmat il-ftehim man-NoteBook Centre biex residenti minn San Ġwann jirċievu servizzi ta’ back-up, formatting, general service, physical cleaning, anti-software installation u virus removal mill-kompjuter jew laptop tagħhom bla ħlas.

“Sar ftehim ukoll biex ir-residenti minn San Ġwann jirċievu skont ta’ 5% fuq kull prodotti jew servizzi oħra”, intqal fuq il-paġna ta’ facebook tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann.

Kemm hu sabiħ li naraw il-kunsill lokali jaħdmu mill-qalb favur l-aħjar tar-residenti tagħhom. Prosit ta’ din l-inizjattiva.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com