Il-Programm Popolin, Mill-Ġdid fuq TVM

 Il-Programm Popolin, Mill-Ġdid fuq TVM

Ninsab ħerqan biex fi ftit tal-ġimgħat oħra nerġa’ nibda nippreżenta Popolin – Il-Programm tan-Nies!” – hekk kiteb Quinton Scerri, il-preżentatur ta’ dan il-programm, hekk kif ħabbar li ser jerġa’ jibda fl-iskeda l-ġdida ta’ TVM

Fl-ewwel staġun tiegħu, Popolin kien kiseb popolarita’ kbira u ħafna kienu dawk li kienu jipparteċipaw u jiddiskutu ma’ dan il-programm. Il-programm dejjem iddiskuta suġġetti tan-nies mingħajr kantunieri u kif ġie spjegat mill-preżentatur, hekk ser jerġgħu jagħmlu.

B’tim formidabbli Popolin ser jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa, wara l-Aħbarijiet fuq TVM.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com