Inċident Tat-Traffiku F’Ħaż-Żebbuġ
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Renault Megan Classic, misjuqa minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, u Toyota Dyna, misjuq minn raġel ta’ 25 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ukoll.
Fir-Renault, kien hemm ukoll żewġ passiġġiera, ġuvni ta’ 19-il sena residenti ż-Żurrieq u tfajla ta’ 18-il sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet ir-raġel ta’ 22 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta