It-18-il Edizzjoni Ta’ Strummin’

 It-18-il Edizzjoni Ta’ Strummin’
Strummin’ reġa’ magħna! Il-kitarristi, il-kantanti u l-band huma kollha mħejjija biex jagħtu lill-udjenza tagħhom esperjenza memorabbli għall-kunċert ta’ din is-sena. Strummin’ huwa sinonimu mat-temi kreattivi li jinfluwenzaw il-mużika u l-kunċett tal-kunċert. It-tema ta’ din is-sena hija Strummin’ Round the World. Se nsegwu mużiċist hekk kif jesplora d-dinja bil-kitarra tiegħu u jesperjenza ġeneri u stili mużikali differenti. Il-membri ta’ Strummin’ ħadmu ħafna biex jagħtu xi adattamenti nteressanti lill-kanzunetti, li żgur li l-udjenza ser tgawdi l-vjaġġ.
Minbarra l-grupp uniku ta’ mużiċisti tagħhom, huma jimmiraw ukoll li jqajmu kuxjenza dwar organizzazzjonijiet tal-karità oħra li jagħmlu xogħol siewi. Il-benefiċjarju ta’ din is-sena hu Smiling with Jerome Foundation, grupp iddedikat biex jgħin familji bi tfal li jbatu b’kundizzjonijiet u mard serju li bħalissa m’għandhomx fejqan. Dan il-grupp jaħdem bla heda biex jiġbor fondi u jappoġġja lil dawn il-familji li jkunu għaddejjin minn trattamenti għaljin jew li jistgħu jeħtieġu kura speċifika. Id-dħul ta’ din is-sena li jiġi ġġenerat mill-Kunċert ta’ Strummin’ se jmur biex jgħin lil din il-karità b’uħud mill-ispejjeż tagħhom.
Nistednukom ilkoll għat-18-il edizzjoni ta’ Strummin’ għal spettaklu mill-aqwa ta’ kitarristi u talenti mużikali waqt li jesegwixxu repertorju divers ta’ mużika u niżguraw li l-kitarra tkun l-istilla tal-ispettaklu! Il-kunċert se jsir fis-7 u t-8 t’ Ottubru 2022 fl-Awditorju ta’ Sant’ Agata r-Rabat (M.S.S.P). Għall-biljetti u aktar informazzjoni, tista ssegwi l-paġni soċjali ta’ Strummin’ fuq https://strummin.mt jew il-paġna ta’ Facebook tagħhom.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com