Landscapes – Esebizzjoni tal-Arti minn Carmen Vella Gauci

 Landscapes – Esebizzjoni tal-Arti minn Carmen Vella Gauci

F’Ottubru l-artista Carmen Vella Gauci ser tkun qed tesebixxi l-arti tagħha fil-Birgu. Din l-esebizzjoni ser tkun għal wiri fil-Kunsill lokali tal-Birgu u ser tkun miftuħa wkoll waqt l-attivita’ popolari, Birgu By Candlelight.

”L-idea ta’ wara din il-wirja twieldet waqt il-Covid. Dak iż-żmien kont naħdem fi skola fil-Belt Valletta u waqt il-breaks kont immur indur fit-toroq tal-Belt nieħu r-ritratti ta’ kantunieri interessanti, toroq, nies, niċeċ, pumi tal-bibien, kull ħaġa li kienet tattira l-attenzjoni tiegħi. Id-destin ried li sena wara bdilt il-post u bdejt naħdem fi skola fil-Fgura. Kont immur mixjiet kmieni filgħodu f’dawn l-inħawi u wara l-iskola kont insuq sal-Birgu u l-ibliet li jdawruh. Imdawra b’daqstant storja, arkitettura u veduti mill-isbaħ, iddeċidejt li noħloq l-esebizzjoni li jmiss tiegħi madwar il-kunċett tal-pajsaġġi. Din se tkun ir-raba’ wirja personali tiegħi u kull sena nħoss li l-wirjiet tiegħi qed jattiraw udjenzi dejjem akbar, aktar interess u, iva, inħoss li ma’ kull wirja kbirt personalment ukoll bħala artista.”  saħqet Carmen Vella Gauci

Din l-esebizzjoni se tiġi nawgurata fit-30 ta’ Settembru fit-8pm, waqt li tibqa’ miftuħa sal-10 ta’ Ottubru. Il-wirja tkun miftuħa waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 u n-12:30 u bejn is-13:15 u l-16:45, is-Sibt mit-8:00 sa 12:00pm u waqt Birgu by Candlelight 2022 fis-7, it-8 u d-9 ta’ Ottubru bejn il-17:00 u l-23:00.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com