It-Tieni Edizzjoni Ta’ Playcon. L-Akbar Expo Tal-Izvilupp Tal-Video Games U Esports

 It-Tieni Edizzjoni Ta’ Playcon. L-Akbar Expo Tal-Izvilupp Tal-Video Games U Esports

Bejn it-3 u s-6 ta’ Novembru li ġej, ġewwa l-MFCC, se tkun qed tigi organiżata t-tieni edizzjoni ta’ Playcon, l-akbar games development u esports expo f’pajjiżna. Orgniżżata mill-kumpanija GMR, bl-appoġġ ta’ Gaming Malta u l-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, Playcon se tkun qed tikkonsisti f’5,000 metru kwadru ta’ spazju interattiv u edukattiv fejn esperti fis-settur se jkunu qed juru l-ħiliet diġitali tagħhom.

Is-settur tal-iżvilupp tal-video games u l-esports huma fost l-aktar setturi ekonomiċi li qed jikbru madwar id-dinja kollha. Playcon se tkun ta’ opportunità’ għal bosta studenti sabiex jesponu ruħhom aktar għall-karrieri f’dan is-settur tal-ekonomija diġitali.

Madwar 20 kumpanija li tiżviluppa il-video games f’pajjiżna se jkunu qed jesebixxu x-xogħol tagħhom. Dan għandu jservi ta’ opportunita’ biex Malta tiġi ppożżizzjonata aħjar bħala destinazzjoni għal investiment barrani f’dan is-settur diġitali.  Kumpaniji internazzjonali bħal Ubisoft, Keywords Studios, Exient u ESL se jkunu parti minn Playcon. Dawn huma kkunsidrati fost l-aqwa kumpaniji tal-iżvilupp tal-video games kif ukoll fil-kompetizzjonijiet tal-esports internazzjonali. Il-pubbliku se jkollu l-opportunita’ li jsir jaf aktar dwar dan u anka jilgħab dawn il-logħob.

Il-Ħamis 3 ta’ Novembru se jkun qed jiġi organiżżat wkoll Games Dev and Esports Summit bil-għan li jitkellmu l-aqwa imħuħ f’dan is-settur, biex jaqsmu l-għarfien u l-esperjenzi ta’ xogħol tagħhom f’ dawn l-industriji kemm fuq livell lokali kif ukoll dak internazzjonali. B’aktar minn 40 kelliem, is-summit se jkun qed joffri opportunità’ ta’ networking għal dawk interessati fis-settur.

Matul il-jiem tal-Ħamis 3 u l-Ġimgħa 4 ta’ Novembru, aktar minn 6,000 student tal-primarja u sekondarja se jkunu qed iżuru din l-expo fejn se jkunu qed jippartecipaw direttament billi jattendu għal sessjonijiet ta’ programmar li huwa l-bażi ta’ kull logħba. Se jingħataw ukoll tagħrif edukattiv fuq is-settur tal-esports, informazzjoni fuq l-aspett kompetitiv ta’ dan is-settur, informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol u t-teknoloġija emerġenti, kif ukoll informazzjoni sabiex wieħed jgħaraf iżomm bilanċ sostenibbli anke meta jkun qed jilgħab fil-ħin liberu għal skopijiet ta’ rikreazzjoni jew b’mod kompetitiv.  Dan se jsir bl-involviment tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, L-Universita’ ta’ Malta u l-MCAST.

Playcon se tkun qed tiftah il-bibien tagħha bxejn għal pubbliku fl-MFCC Ta’ Qali matul îl-weekend, îs-Sibt 5 u l-Ħadd 6 ta’ Novembru 2022.  F’ dawn il-jumejn se jkunu qed jigu organizzati numru ta’ kompetizzjoniet tal-esports fejn dawk midħla tal-logħob Fortnite, Tekken, u Sim Racing jistgħu jirreġistraw għal kompetizzjonijiet bi premjijiet. Dawk li jixtiequ jippartecipaw fl-kompetizzjonijiet tal-esports waqt Playcon, jistgħu jagħmlu dan billi jirreġistraw online fuq playcon.gg fil-jiem illi ġejjin.

Għal Playcon, se jkunu qed jattendu numru ta’ players ta’ fama mondjali esperti fil-logħoba Tekken, fosthom il-Korean JeonDding, l-Amerikan Anakin u l-Pakistan Arslan.

Il-Ġenituri se jkollhom wkoll l-opportunita’ li jqattgħu hin ta’ kwalita’ ma’ uliedom f’ diversi free to play areas fejn jkun jista jintlab logħob bħal Fortnite, Tekken, FIFA, Roblox, Sim Racing, CS:GO, Rainbow Six u Rocket League.

Din is-sena GMR qed tiċċelebra l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tagħha bħala l-ewwel kumpanija tal-esports f’ Malta bil-għan li toffri opportunitajiet u esperjenzi mill-aqwa għaż-żgħażagħ Maltin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com