Jisħaq li R-Re Karlu III u R-Reġina Sieħba Camilla Huma L-Ġenituri Tiegħu

 Jisħaq li R-Re Karlu III u R-Reġina Sieħba Camilla Huma L-Ġenituri Tiegħu

Raġel minn Queensland qed jgħid li hu l-iben sigriet tar-Re Karlu III u Camilla. Qal, li dan qed jgħidu wara snin ta’ riċerka biex jafferma kliemu.

Bl-isem ta’ Simon Charles Dorante-Day, huwa qal kif qed imexxi bil-qorti fejn anke staqsa jekkx il-familja rjali hix ‘il fuq mil-liġi u r-risposta kienet li le. Iżjed u iżjed fil-każ ta’ Camilla, din mhix ‘il fuq mil-liġi.

“Charles got what he wanted: he got the throne, he got his wife, he got it all. Now it’s time for me to get my happy ending.” enfasizza Dorante-Day.

Spjega wkoll kif fil-bidu ta’ din is-sena, bagħat anke ittra bil-miktub lir-Reġina biex jitlobha tgħinu ħalli (dak iż-żmien Prinċep) karlu, jagħmel it-test tad-DNA. Qal li jinsab iddiżapuntat kif laħqet mietet mingħajr ma kellu risposta.

Kompla jisħaq li huwa jinsab ċert li l-Ġenituri tiegħu m’huma ħadd ħlief ir-Re Karlu III u Camilla.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com