Kantanta Svediża Tipprova Tgħid Il-Kelma ”Inħobbok”

 Kantanta Svediża Tipprova Tgħid Il-Kelma ”Inħobbok”

Cornelia Jakobs, kantanta Svediża li f’Mejju li għadda rrapreżentat lill-Isvezja fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ”Hold me closer” pruvajt tgħid il-kelma ”inħobbok” bil-Malti waqt kunċert li kienet qed tagħmel fil-belt kapitali Filandiża, Helsinki. Ara dan il-mument f’dan il-filmat t’hawn:


Il-filmat itella’ fuq facebook minn Ryan Calleja, ammiratur tal-Eurovision u ammiratur kbir ta’ Cornelia, tant li aktar qabel fil-jiem tiegħu fil-Filandja rnexxielu saħansitra jiltaqa’ mal-kantanta f’waħda mit-toroq ta’ Helsinki. Ara l-mument meta Ryan iltaqa’ ma’ Cornelia hawn:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com