Melita Tappoġġja S-Santwarji Tal-Annimali

 Melita Tappoġġja S-Santwarji Tal-Annimali

Melita Limited qed tappoġġja bosta santwarji tal-annimali madwar Malta u Għawdex, u tipprovdi kważi €10,000 biex tforni ikel u mediċini, flimkien ma’ fondi sabiex il-qtates u l-klieb ikunu neutered.

Il-fondi sejrin ukoll biex jappoġġjaw is-salvataġġ u r-rijabilitazzjoni ta’ żwiemel midruba destinati għall-qatla. Din l-inizjattiva qed tkun appoġġjata minn Borg Cardona Co Ltd li pprovdiet donazzjoni  addizzjonali ta’ €1,500 għall-ikel għas-santwarji tal-annimali.

Charlene Ciantar, Communications Manager ta’ Melita Limited, qalet, “Melita Limited ilha sostenitur tal-benessri tal-annimali b’donazzjonijiet regolari lil ħafna santwarji biex ikopru l-ispejjeż tal-ikel u l-mediċini. Dan l-appoġġ ikompli jissaħħaħ permezz tas-sigħat ta’ volontarjat minn impjegati tal-Melita biex jgħinu lil dawn is-santwarji. Minbarra li nipprovdu appoġġ prattiku li jagħmel il-ħajja tal-annimali aħjar, nittamaw li l-azzjonijiet tagħna jħeġġu lill-oħrajn biex jersqu ’l quddiem speċjalment f’dan iż-żmien meta s-santwarji qed jaraw ir-riżorsi tagħhom imġebbda sal-limitu.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com