M’hemm L-Ebda Estensjoni Tal-Marina Tal-Kalkara Pjanata – Transport Malta

 M’hemm L-Ebda Estensjoni Tal-Marina Tal-Kalkara Pjanata – Transport Malta

Fi stqarrija llum it-Tlieta 27 ta’ Settembru, l-Awtorità tat-Trasport għamlitha ċara li mhi ppjanata l-ebda estensjoni tal-Marina tal-Kalkara.

B’referenza għal rapporti li dehru fil-midja, Transport Malta qalet li dak li qed jiġi studjat hu kif jistgħu jiġu organizzati aħjar l-irmiġġi mifruxin fid-daħla tal-Kalkara.

Transport Malta qalet li dawn l-irmiġġi tieħu ħsiebhom hi għall-benefiċċju tal-partijiet kollha kkonċernati, filwaqt li tieħu ħsieb fatturi oħra relatati mas-sewqan b’mod sigur tal-istess dgħajjes, mal-ambjent, u mal-pajsaġġ tal-akwati.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com