Norveġiż Tilef Il-Kontroll Tar-Rota U Qed Isofri Ġrieħi Gravi

Ilbieraħ bil-lejl, għall-ħin tal-ħdax, il-Pulizija kienet infurmata li kien hemm raġel li kellu xi ġrieħi fi Triq Annibale Preca, Ħal Lija. Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel, Norveġiżta’ 28 sena residenti Ħ’Attard kien qiegħed isuq rota, tilef il-kontroll u waqa’. Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.