Poeżija Dwar L-Interess Lokali Fil-Bini – X’Taħsbu Dwarha?
Kulħadd fil-bini qed jieħu,
Qawwi ħafna l-interess,
Imma l-aqwa min japplika,
Joħroġlu l-permess.
U min jaqbad u jibni,
Jgħidlek affarijiet żgħar
Ara biss ma tressaqlux
Uffiċjal tal-infurzar.
Ħafna huma li għall-kritika
Jieħdu tal-ewwel nett,
Żgur ma jgħixux ġo xi għalqa,
Imma binja jew xi flat.
Għall-facebook għalenija
Wieħed wieħed wara l-ieħor
L-aqwa f’dil-gżira tagħna
Kulħadd jerfa’ salib ħaddieħor.
(Miktuba minn osservatur tal-andament tal-bini fil-gżejjer tagħna)
Ritratt: The London Times