Ta’ 73 Sena Jibda R-Renju Tiegħu Ta’ Re
Huwa l-akbar persuna fl-eta’ li ser ikun qed jieħu t-tron tal-monarkija fl-istroja tar-Renju Unit, iben ir-Reġina Eliżabetta II, Karlu huwa r-Re l-ġdid. Ir-Re Karlu III beda bl-impenn tiegħu fl-ewwel jum tar-renju tiegħu billi ħabbar li jixtieq li l-familja Rjali tosserva l-jiem ta’ luttu, minn issa sa seba’ t’ijiem wara l-funeral tar-Reġina Eliżabetta II.
Dawn il-jiem ta’ luttu jinkludu lill-membri tal-familja Rjali, ħaddiema li jaħdmu fir-residenzi rjali, rappreżentanti tal-familja Rjali fl-irwoli uffiċjali tagħhom u anke lit-truppi li huma assenjati għall-irwoli ċerimonjali.
Sa issa għadha ma ġietx ikkonfermata d-data li fiha ser ikun qed isir il-funeral tar-Reġina Eliżabetta II.