Tħabbret Il-Mewt Tar-Reġina Eliżabetta II

 Tħabbret Il-Mewt Tar-Reġina Eliżabetta II

Madwar id-dinja ġriet l-aħbar tal-mewt tar-Reġina Eliżabetta II fl-età ta’ 96 sena. Hija kienet l-iżjed Reġina li serviet f’din il-kariga. Fil-fatt, hija kienet ilha Reġina għal 70 sena u kienet ir-Reġina ta’ Malta sal-1974, meta Malta saret Repubblika.

Ir-Reġina Eliżabetta II ħadet l-aħħar nifs ta’ ħajjitha fil-Kastell Balmoral fl-Iskozja, wara li sigħat qabel inħarġet stqarrija tgħid li r-Reġina ddaħħlet taħt superviżjoni medika wara li t-tobba kienu inkwetati il-qagħda tas-saħħa tagħha.

Madwarha marru binha l-Prinċep Charles u t-tfal tiegħu, il-Prinċpijiet William u Harry, flimkien ma’ qraba oħra mill-familja Rjali.

Ir-Reġina Eliżabetta II twieldet fil-21 ta’ April tal-1926, f’Londra. Hija kienet it-tifla tad-Duka ta’ York, li aktar tard sar ir-Re Ġorġ VI.

Hija ġiet inkurunata bħala Reġina tar-Renju Unit fit-2 ta’ Ġunju tal-1952 wara li missiera ir-Re Ġorġ VI, kien ilu marid għal numru ta’ snin.

Matul it-tmexxija tar-Reġina Eliżabetta II, ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-pajjiżi li kienu fl-Imperu bdew jieħdu l-indipendenza tagħhom u dawn bdew jingħaqdu fil-grupp tal-Commonwealth.

Fost il-pajjiżi li kienu jaqgħu taħt il-monarkija tagħha kien hemm Malta. Dan sa meta pajjiżna sar Repubblika fl-1974.

Matul it-tmexxija tagħha ġew ċċelebrati l-Ġubilew tal-Fidda, il-Ġubilew tad-Deheb, il-Ġubilew tad-Djamant u l-Ġubilew tal-Platinu. Dan tal-aħħar ġie ċċelebrat f’Ġunju li għadda.

Tul it-tmexxija tagħha, ir-Reġina Eliżabetta II laħqet ħmistax-il Prim Ministru tar-Renju Unit, bl-aħħar waħda li tkun appuntata hija, ftit tal-jiem ilu l-Prim Ministru Konservattiv, Liz Truss.

Ir-Reġina Eliżabetta II għandha rabta b’saħħitha ma’ Malta, hekk kif hija għexet f’pajjiżna ma’ żewġha, il-Prinċep Filippu, hekk kif kien stazzjonat bħala uffiċjal navali f’Malta. Il-koppja Rjali kienu jgħixu f’Villa Gwardamangia.

Kemm damet Reġina tar-Renju Unit, hija żaret li pajjiżna sitt darbiet. B’dik tal-2015, kienet l-aħħar żjara li għamlet f’pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com