Baġit 2023: Baġit Soċjalment Ġust U Responsabbli – Il-GWU
Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-Baġit 2023, il-General Workers’ Union qalet li tqis dan il-baġit bħala wieħed soċjalment ġust u responsabbli li se jkompli jibni fuq il-qafas soċjali ta’ baġits imgħoddija.
“Il-GWU hija wkoll ferm sodisfatta li dawn huwa baġit ieħor b’ruħ soċjali.
Filwaqt li pajjiżi ġirien tagħna għadhom qed isibu saqajhom u jissieltu ma’ kriżi ekonomika, il-Gvern Malti ħabbar baġit li jiggarantixxi tkabbir ekonomiku, serħan il-moħħ u fuq kollox sensittiv lejn ir-ruħ soċjali. Baġit li jgħin u jsostni dawk l-aktar vunerabli f’soċjetà tagħna.”
Għall-GWU l-aktar miżura importanti hija li l-Gvern qed jiggarantixxi li se jibqa’ jissussidja l-prezz tal-enerġija, fjuwil u ċereali. Spiża li se tammonta għal €608 miljun. Dan mingħajr ma jintroduċi taxxi ġodda, kif ukoll qed jiggarantixxi s-sostennibilità fiskali ta’ pajjiżna.
Sodisfatta wkoll biż-żieda lill-pensjonanti, id-dħul tat-tieni mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA, iż-żieda fiċ-Childrens’ Allowance, iż-żieda fil-Carers’ Grant, l-għotja għall-1st time buyers, iż-żieda fl-istipendji u refunds tat-taxxa fost oħrajn. Dan minbarra diversi miżuri li se jtejbu l-ambjent ta’ madwarna biex finalment titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħna.
Sodisfatti wkoll li huwa antiċipat li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna fis-sena 2023 jista’ jilħaq sa 4.6%. Filwaqt li se jniżżel id-defiċit minn 8% għal 5.8%.
“Il-Gvern seta’ jagħmel dan għax tul ix-xhur u snin li għaddew iggarantixxa stabbiltà fost il-familji, ħaddiema u l-intrapriżi. Baġit li se jara rkupru fl-ekonomija, u li qed jara l-isfidi kurrenti bħala opportunitajiet biex
l-intrapriżi Maltin u l-investiment barrani jkomplu jikbru,” temmet tgħid il-GWU.