Bil-Filmat: Xi Ġralha Pawla F’Nofs Ta’ Triq Kemm Tbaqbqet?!
![Bil-Filmat: Xi Ġralha Pawla F’Nofs Ta’ Triq Kemm Tbaqbqet?!](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2022/10/WhatsApp-Image-2022-10-08-at-4.56.10-PM-850x560.jpeg)
Il-personalità ħelwa ta’ Paulette Gafa magħrufa aħjar bħalha Pawla, iltaqgħet ma’ Wayne Aquilina f’nofs ta’ triq u bħal dejjem, kull okkażjoni ddawwarha f’ċajta u umoriżmu.
“Inżel inżel ħa ndaħqu”, tinstema’ twieġeb għall-aġġettiv ta’ kummidjanta mill-preżentatur Wayne Aquilina. Kulħadd jaf li Wayne u Pawla huma ħbieb kbar antiki u kultant idumu ma jaraw lil xulxin.
Hawn uħud li meta ntellgħu stejjer hekk, dlonk jikkummentaw ‘din aħbar?!’, imma x’hemm isbaħ milli nxerdu l-ferħ ukoll u l-pożittività.
Tajjeb ngħidu li kienu fi triq sekondarja bla traffiku ta’ xejn u ma kienx hemm perikli waqt li ntuża l-mobile.