Tifla Ta’ 3 Snin Tintlaqat Minn Vettura F’Ta’ Xbiex

 Tifla Ta’ 3 Snin Tintlaqat Minn Vettura F’Ta’ Xbiex

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-ħdax u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Abate Rigord, Ta’ Xbiex.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li tifla ta’ 3 snin intlaqtet minn vettura tal-għamla Renault Captur misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Birkirkara.

It-tifla ttieħdet l-Isptar Mater Dei minn xi familjari u aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com