Eileen Montestin tibda tarma tal-Milied
Fuq storja tal-profil ta’ instagram tagħha, il-personalita’ popolari Eileen Montesin qalet li konsegwenza ta’ bidla fi pjan li kellha, illum spiċċat biex bdiet tarma tal-Milied.
Hija qalet li għal għada l-Ġimgħa l-pjan kien li tmur Sqallija, iżda t-titjira spiċċat ġiet ikkanċellata minħabba strajk.
”F’xi ħaġa ridt ninfexx u ridt ninfexx f’xi ħaġa tajba u allura qbadt narma l-Christmas Tree, għax fejn snin oħra, din is-sena qedha tard! Ma nafx, forsi minħabba l-programm? ma naħsibx! jew forsi ħabba l-play? jista’ jkun! rehersals kuljum ma tantx jibqalek ħin liberu biex tagħmel xi ħaġa li tkun ta’ leisure biex ngħidu hekk” – Saħqet Eileen.
Hija kkonkludiet billi qalet lis-segwaċi tagħha li titama li sa tmiem il-ġimgħa l-Christmas Tree tkun lesta u tkun tista’ turiha lil dawk li jsegwuha fuq il-mezzi soċjali