Il-Ġenituri Meta Jiżbaljaw, Għandhom Jitolbu Skuża Lil Uliedhom

 Il-Ġenituri Meta Jiżbaljaw, Għandhom Jitolbu Skuża Lil Uliedhom
”Aħna l-ġenituri meta niżbaljaw importanti li nitolbu skuża lil uliedna. It-tfal għandhom sens qawwi ta’ ġustizzja u jsofru meta d-difiża ta’ ġenitur għal għemilu tinvalida dak li t-tifel jaf li sar bħala stat ta’ fatt.” hekk jisħaq Dr Nicholas Briffa, Psikologu u Sesswologu.

Dr Briffa jkompli jgħid li apoloġija sservi bosta funzjonijiet importanti:
1) Tagħti tagħlima lit-tifel/tifla li hemm il-possibbiltà ta’ ġustizzja.
2) Apoloġija tikkonferma r-realtà li t-tifel għex.
3) Apoloġija hija tip ta’ konferma għat-tifel/tifla li l-adult huwa kapaċi jagħraf kemm l-iżball kif ukoll il-ħsara li saret fuq it-tifel/tifla minn dak l-iżball.
4) Apoloġija tfisser ukoll li l-adult tant jagħti valur lit-tifel li jrid isewwi r-relazzjoni.
5) Apoloġija tgħin lit-tifel jew lit-tifla biex jakkwistaw progressivament u jissolidifikaw l-idea li l-adulti la huma perfetti u lanqas onnipotenti ( u lanqas ma għandhom ikunu!)
Apoloġiji tal-ġenituri, jew minn kwalunkwe figura ta’ awtorità jikkomunikaw lit-tfal li l-ġenituri / adulti huma sempliċement umani, u huma umli, siguri u b’saħħithom biżżejjed fl-umanità tagħhom biex jgħidu “Skużani” ġenwina. Dan, iktar minn kull ħaġa oħra, jagħti lit-tfal l-aħjar ċans biex jikbru f’adulti li kapaċi jagħmlu l-istess. Kwalunkwe ħaġa oħra tirriskja li tissagrifika lit-tifel/tifla fuq l-artal tan-narċiżiżmu adult….pandemija qerrieda tad-dinja moderna! Kulħadd jiżbalja!
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com