Il-Halloween Għalina Hija Attività Ċelebrattiva Jew Tax-Xitan? X’Jaħsbu L-Maltin Fuqha?

Bħal kull sena, tqum il-kontroversja dwar il-Halloween. Bosta jiktbu li din hija festa ta’ kontra d-dawl u l-Kattoliċi m’għandhomx jiċċelebrawha għaliex ir-reliġjon innifisha hija simbolu tad-dawl fid-dlam.
Iżda ħafna nies jaraw dan il-jum bħala mument ta’ ċelebrazzjoni fejn it-tfal jilbsu kostum, joħorġu jiġbru xi ħelu minn attività bieb bieb u anke hemm min iżejjen il-faċċati. Jgħidulek li t-tfal ħadu gost u li ma nistgħux niffissaw fuq kollox.
Tgħid sirna naraw kollox mil-lenti tal-kontroversja? Għandhom raġun dawk li jgħidu li hija festa kontra d-dawl tal-ħajja? Inti x’taħseb dwar dan?