Inċident Tat-Traffiku Fil-Gudja

Raġel ta’ 22 sena residenti ż-Żejtun, għal xi l-għaxra u nofs tal-bieraħ filgħaxija, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien, il-Gudja
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris, misjuqa minn Taljan ta’ 25 sena residenti Wied il-Għajn, u BMW 320D, misjuqa mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.