Jgħidu Li Kienet Tidher Il-Blue Lady … Tafuha L-Istorja?

Stejjer tal-iħirsa kienu iżjed popolari dari għaliex forsi ma kienx hawn daqstant mezzi fhiex wieħed jheda. Forsi ġraw veru wkoll! Min jaf?!
Din tal-blue lady żgur li smajtuha xi mkien.
Jingħad li fil-Palazz tal-Verdalakienet tidher il-Blue Lady li kienet in-neputija tal-Gran Mastru de Rohan li wara li rrifjutat li taċċetta żwieġ mar-raġel maħsub għaliha mill-familja, inżammet maqfula f’kamra fil-kastell sakemm fl-aħħar qabżet minn tieqa u mietet.
Dak iż-żmien u anke għadu jingħadd hekk sal-lum, li din bdiet tidher fil-kastell, bl-istess libsa blu li kellha fuqha meta mietet.
Ritratt: DOI