Wara 12-il Siegħa Sajd, Aaron Xuereb U Scott Farrugia Jsiru Champions Tal-KSFA Colmic Open Fishing Tournament

 Wara 12-il Siegħa Sajd, Aaron Xuereb U Scott Farrugia Jsiru Champions Tal-KSFA Colmic Open Fishing Tournament

Tournamenet tas-sajd fuq tlett’ijiem b’rebbieħa differenti f’kull ġurnata, sakemm finalment Aaron Xuereb u Scott Farrugia saru champions ‘overall’. Din il-koppja kienet diġà rebħet il-KSFA Doubles League ta’ din is-sena.

Fl-ewwel ġurnata b’kollox kienu rreġistraw disa’ timijiet għat-tournament ta’ din is-sena, wieħed mit-timijiet jirrappreżentaw lil Hooked on Fishing Club. L-ewwel sajda saret fuq il-moll taħt il-Lukanda Corinthia Marina f’San Ġiljan. Adrian Nelson u Isaac Psaila li jirrappreżentaw lil Hooked on Fishing Club rebħu dan l-ewwel rawnd b’1.684kg.

Fit-tieni jum John Attard u Sandro Cohen rebħu s-sajda b’4.096kg biex ħadu wkoll il-vantaġġ globali. Fit-tielet jum kolloc wasal għas-sajda finali. Aaron Xuereb u Scott Farrugia ġew inkurunati champions wara li rebħu l-aħħar leg f’Manoel Island b’qabda totali ta’ 8.885kg

It-tħejjijiet għal dan it-tournament kienu ilhom għaddejjin għal xi xhur u kulħadd qabel li kien suċċess kbir. Il-preżentazzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru 2022.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com