“Min Ħoloq Il-Problema Ma Jistax Ikun Hu Li Jsolviha” – Il-Partit Nazzjonalista
Wara snin jiġġustifika politika ekonomika msejsa biss fuq żieda bla rażan fil-popolazzjoni, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana issa ammetta li din il-politika falliet. Hekk qalet stqarrija mill-Partit Nazzjonalista ffirmata minn Jerome Caruana Cilia – Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi.
Qalet li wara snin li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fuq quddiemnett, flimkien ma’ bosta korpi kostitwiti u għaqdiet ta’ min iħaddem tgħidlu li din il-politika ma taħdimx, il-Ministru jammetti li l-politika tiegħu falliet.
“Kellu jwassal lill-poplu f’sitwazzjoni ta’ disprament, b’ħaddiema, ġenituri u studenti mwaħħla sigħat fit-traffiku u sidien ta’ negozju jitilfu l-bejgħ minħabba l-konġestjoni. Hemm induna li l-politika falliet.
Ftit jiem qabel ifassal il-pjan ekonomiku għas-snin li ġejjin, permezz tal-Budget 2023, il-Ministru tal-Finanzi nduna li triq li għażel hu, bil-barka ta’ Joseph Muscat u Robert Abela daħħlet il-pajjiż ġo ħajt.
Clyde Caruana u l-Gvern Laburista ħolqu din il-problema. Min ħoloq din il-problema ma jistax ikun hu li jsolviha”, temmet tgħid l-istqarrija mill-PN.