Ottubru 2022 – Wieħed Mill-Aktar Xotti F’Dawn L-Aħħar Snin

 Ottubru 2022 – Wieħed Mill-Aktar Xotti F’Dawn L-Aħħar Snin

Ottubru tal-2022 se jitniżżel bħala wieħed mill-aktar xotti f’dawn l-aħħar snin u l-aktar xott f’dan id-deċennju. 🌞☂️

Iżda jekk nagħtu ħarsa lejn l-istatistika, insibu għexieren ta’ snin li fihom Ottubru pproduċa anqas minn pulzier xita. 🤏

Din il-Paġna ġabret l-aktar 🔟 xotti sa mill-1844, b’4️⃣ minnhom iseħħu bejn l-1923 u l-1933:
• Ottubru 1855 – 7.6mm
• Ottubru 1859 – 0.0mm ⚠️
• Ottubru 1889 – 7.4mm
• Ottubru 1903 – 5.8mm
• Ottubru 1911 – 0.0mm ⚠️
• Ottubru 1923 – 0.0mm ⚠️
• Ottubru 1926 – 5.8mm
• Ottubru 1927 – 11.9mm
• Ottubru 1933 – 3.6mm
• Ottubru 2005 – 4.0mm

F’Ottubru tal-2022 sa issa tkejlet medja ta’ 19.3mm ta’ xita minn maltempata waħda biss fl-10/10. 📉
Il-medja għal Ottubru hi madwar 80mm. 📊

B’kuntrast f’Ottubru tal-1️⃣9️⃣5️⃣1️⃣ f’Ħal Luqa tkejlu 476.5mm u xi lokalitajiet qabżu saħansitra l-500mm, jew kważi daqs il-medja annwali (~570mm) f’xahar wieħed! 🔝📈

📊 Bulmer & Stormonth (1960)

Samuel Cutajar

https://stradarjali.com

Samuel hu affaxxinat bl-elementi tan-natura, speċjalment minn dawk li joffri t-temp madwarna. Jieħu ħsieb paġna ewlenija dwar it-temp f’pajjiżna. Hu wkoll għalliem u ggradwa fil-psikoloġija. Jgħallem il-mużika u hu anke amministratur fi klabb tal-futbol lokali.