Raġel Iweġġa’ Gravi F’Ħal-Luqa

 Raġel Iweġġa’ Gravi F’Ħal-Luqa

Illum, għal xi l-għaxra ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fi Triq Ħal Qormi, Ħal-Luqa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 59 sena residenti l-Ħamrun, sofra ġrieħi f’saqajh waqt li kien qed jaħdem b’mutur li jaqta l-ħaxix.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com