Is-Sess Għall-Pjaċir Sar Iżjed Fl-Apert U Mhux Taboo

 Is-Sess Għall-Pjaċir Sar Iżjed Fl-Apert U Mhux Taboo

Is-Sess … Dari kienu anke jitkellmu minn taħt l-ilsien dwaru. Il-kelma prosituta kienet bħal donnha azzjoni ta’ persuna degradanti. Però mhux dejjem, għaliex saħansita fi żmien l-Ingliżi f’pajjiżna, kien jitqies bħala xogħol tant li anke fil-Mużew Marittimu fil-Birgu, jeżistu esebiti bħal muniti li kienu qishom il-liċenzja biex persuna tkun tista’ twettaq dan ix-xogħol.

Fi żmienna, spiss iqum is-suġġett li l-prostituzzjoni jiġi assenjat mal-liġi u jibda jitqies bħal kull xogħol ieħor. Bħal dejjem u f’kollox hemm min jaqbel u hemm min le.

Iżda naqblu jew ma naqblux, is-sess huwa suġġett li tista’ tgħid iħobbu kulħadd. Kulħadd b’mod ġeneriku qatt ma tista’ tgħid għax issib min jgħidlek li le ma jħobbux. Imma hija n-natura.

Illum il-ġurnata, in-nies saru jitkellmu iżjed fl-apert dwar l-esperjenzi sesswali tagħhom. Nisimgħu u nafu li jeżistu kull tip ta’ mumenti sesswali fejn anke koppji jaċċettaw li jkollhom relazzjonijiet barra ż-żwieġ jew ir-relazzjoni. Għalkemm l-‘open relationships’ hija popolari ħafna fil-komunità LGBTIQ, hemm ħafna koppji eterosesswali li wkoll għandhom din it-tip ta’ relazzjoni.

Ġaladarba il-persuni jkunu kuntenti, min hu l-bniedem biex jiġġudika. Sess għall-pjaċir vis a vis Sess għall-imħabba.

Intom x’tasħbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com