Argument F’San Ġiljan

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li kien hemm argument bejn Iranjan ta’ 27 sena residenti tas-Sliema u raġel ieħor li wara l-argument ħarab minn fuq il-post.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.