Karmenu Mifsud Bonnici Ħalla Ittra Bix-Xewqa Li Ma Jsirlux Funeral Statali

 Karmenu Mifsud Bonnici Ħalla Ittra Bix-Xewqa Li Ma Jsirlux Funeral Statali

B’sinjal lejn il-ħidma li wettaq tul is-snin fosthom bħala Prim Ministru ta Malta, il-Prim Ministru Robert Abela offra li jkun organizzat funeral statali lil Karmenu Mifsud Bonnici.

Filwaqt li l-familja ta Dr. Mifsud Bonnici apprezzat dan il-ġest, il-familja infurmat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li Dr Mifsud Bonnici kien esprima x-xewqa permezz ta ittra dikjaratorja li ma jsirlux dan it-tip ta funeral wara mewtu.

Il-Prim Ministru Robert Abela jirrispetta din ix-xewqa.

Il-Gvern se jibqa jikkomunika mal-familja Mifsud Bonnici u jgħin fl-organizzazzjoni ta funeral skont ix-xewqat tal-eks Prim Ministru ta’ Malta.

Il-Gvern itenni l-kondoljanzi lill-familja Mifsud Bonnici u jsellem il-memorja tal-eks Prim Ministru għall-ħidma li wettaq brisq Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com