“Ma Nistgħux Inħallu L-Vjolenza Domestika Tħossha Rebbieħa” – Dr Lydia Abela

 “Ma Nistgħux Inħallu L-Vjolenza Domestika Tħossha Rebbieħa” – Dr Lydia Abela
Bħalissa għaddejja l-kampanja kontra l-Vjolenza Domestika bit-tema din is-sena tkun: Il-Vjolenza Domestika Hi Affari Ta’ Kulħadd.
“Dan huwa wkoll il-messaġġ li fis-16-il jum t’attiviżmu u f’kull ħin u mument se nkomplu nisħqu dwaru għaliex nagħmlu kemm nagħmlu, qatt mhu biżżejjed”, tenniet mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela.
Saħqet li se nibqgħu nirrimarkaw ukoll għal iżjed ħidma għaliex il-vjolenza tibqa’ inaċċettabbli dejjem.
Qalet li għalkemm f’dawn il-jiem t’attiviżmu, issir enfasi iżjed, din hija kwistjoni ta’ kuljum li nagħtu kasha kuljum u saħqet li ma nistgħux inħallu l-vjolenza domestika tħossha rebbieħa fis-soċjetà tagħna.
“Meta ltqajt ma’ bosta persuni involuti fis-suġġett waqt konferenza tal-FSWS, stajt nifhem iżjed realtajiet differenti u sostnejt kif irridu nintensifikaw ħidmietna kontra kull forma t’aġir abbużiv”, qalet Dr Lydia Abela.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com