Bosta Attivitajiet Festivi Mill-Kunsill Lokali Ta’ San Pawl Il-Baħar

 Bosta Attivitajiet Festivi Mill-Kunsill Lokali Ta’ San Pawl Il-Baħar

Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar qed jorganizza bosta attivitajiet għall-familja kollha bejn il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru u l-Ħadd 18 ta’ Diċembru li ġej.

Kif jindikaw dawn il-posters, l-attivitajiet huma varjati b’ħinijiet differenti fejn il-Kunsill ħaseb li jinvolvi l-komunità, jaħseb fid-diversità u mhux inqas fit-tfal. Attività mhux tas-soltu se tkun dik bl-isem ta’ Pinġi Pastur flimkien mal-artisti lokali Marianne Camilleri Griffin.

Inħeġġukom tattendu għal dawn l-attivitajiet ħelwin li jferrħu f’dawn il-jiem. Żuru l-paġna tal-Kunsill Lokali San Pawl il-baħar għal aktar dettalji: https://www.facebook.com/klspb

Is-Sindku Alfred Grima tenna li l-Kunsill qed jaħseb f’kull faxxa tas-soċjetà anke f’dawn iż-żminijiet, kif ukoll fi tradizzjonijiet li qed imajnaw bħal dik tal-pasturi. Għalhekk ħaseb li jorganizza attivitajiet mifruxa għall-gosti ta’ kulħadd.

Nawgurawlkom divertiment.

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com