It-Tmienja Ta’ Diċembru – Il-Kunċizzjoni Tibqa’ Festa Għal Qalb Il-Poplu Malti U Għawdxi

 It-Tmienja Ta’ Diċembru – Il-Kunċizzjoni Tibqa’ Festa Għal Qalb Il-Poplu Malti U Għawdxi

Illum 8 ta’ Diċembru l-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Festa li hija ċċelebrata bil-kbir fil-Kolleġġjata ta’ Bormla imma wkoll f’diversi rħula oħra anke fir-Rabat Għawdex.

Tista’ tgħid li f’ħafna knejjes u kappelli f’pajjiżna, issib pittura tal-Kunċizzjoni fihom.

Id-devozzjoni dejjem baqgħet hemm. Għalkemm forsi l-poplu Malti huwa żbukkat u bi sfortuna li jżarrat xi kliem mhux xieraq l’hinn u l’hawn, u nieħdu għalina għax insemmu dan il-fatt, xorta waħda fejn tidħol il-Madonna u d-devozzjoni lejn il-Knisja Kattolika, din tibqa’ tispikka u b’saħħitha ħafna.

Jekk hux kultura jew devozzjoni, inħallu f’idejkom.

Il-festa t-tajba lilkom.

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com