“Ma Nistgħux Nibqgħu Naċċettaw Arroganza Li Tneżża’ Lill-Anzjani Mid-Dinjità” – Il-Ministru Jo Etienne Abela

 “Ma Nistgħux Nibqgħu Naċċettaw Arroganza Li Tneżża’ Lill-Anzjani Mid-Dinjità” – Il-Ministru Jo Etienne Abela

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva intqal li qed jinnota d-deċiżjoni tal-Qorti li tilqa’ proviżorjament rikors li daħħal il-ministeru biex jitwaqqfu d-direttivi li jattakkaw lill-anzjani b’mod dirett, imposti minn Awwissu li għadda mill-Union għall-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela saħaq li r-rikors iddaħħal sabiex l-anzjani ma jibqgħux pedina fin-nofs u milquta minn direttivi li qed iwasslu għal tbatija bla bżonn lill-istess anzjani.

Saħaq li ma nistgħux nibqgħu naċċettaw arroganza li tneżża’ lill-anzjani mid-dinjità tagħhom filwaqt li aċċenna li jibqa’ dispost għal djalogu madwar il-mejda biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ interess komuni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com