Familji Torok se jkollhom fejn joqogħdu grazzi għall-Maltin

50 tinda ġew armati f’Reyhanli, Hatay, lesti biex jilqgħu fihom familji bla saqaf fuq rashom.
Dawn il-familji spiċċaw bla saqaf fuq rashom wara t-terrimot qawwi li seħħ fit-Turkija.
F’din iż-żona, faċilitajiet tal-ilma u ta’ sanità ġew impoġġija, ġie installat l-elettriku u ż-żona ġiet mgħammra bi bżonnijiet bażiċi. Żewġ tined ikbar ġew mibnija biex jiġu użati bħala klassijiet u kamra minnhom għat-talb.
Għaldaqstant, SOS Malta rringrazzjat lill-Maltin għas-Solidarjetà u l-Ġenerożità tagħhom.