Hedded lill-eks martu li se jagħmillha bħalma ġara lil Bernice Cilia

 Hedded lill-eks martu li se jagħmillha bħalma ġara lil Bernice Cilia

Raġel li jgħix Bormla nżamm arrestat wara li ġie mixli b’fastidju, theddid, swat u li ħoloq biża’ lill-eks mara tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni spjegat lill-Qorti li r-raġel, li ma jaħdimx u li jbati mill-vizzju tad-droga, ta’ sikwit kien iċempel lill-eks mara u jitlobha tagħtih il-flus.

Allegatament huwa kien jheddidha li jekk ma tagħtihx il-flus, kien se joqtol lilha u lil familtha. Huwa kien allegatament jgħidilha wkoll li jekk ma tismax minnu, kien se jagħmillha bħall-każ ta’ Bernice Cilia.

Filwaqt li r-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.

Bernice Cilia kienet allegatament inqatlet mill-eks raġel tagħha nhar it-22 ta’ Novembru li għadda.

Ritratt: Justice.gov.mt

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com